Id-deputat Nazzjonalista Toni Bezzina applika biex jibni villa lussuża li tinkludi swimming pool għalih u għall-familja tiegħu f’sit r-Rabat li huwa Barra ż-Ż̇ona ta’ Ż̇vilupp (ODZ) u f’sit protett skedat bħala Żona ta’ Sbuħija Naturali.
Il-post jinsab Triq il-Belt Valletta, l-Imdina, u jidher minn fuq is-swar filwaqt li minnu tidher il-fortifikazzjoni li ddawwar il-belt siekta fost xenarju naturali mill-isbaħ.
Toni Bezzina ma daħħalx l-applikazzjonif’ismu,immaf’isem martu Josette. Għalkemm id-deputat Nazzjonalista jidher bħala l-Perit tal-proġett f’ODZ.
Is-sit jinsab fost numru ta’ għelieqi u għandu veduta mill-isbaħ biex bil-pjan tiegħu li jibni, Bezzina jkun qed jagħmel investiment li maż-żmien jiġi jiswa l-mijiet ta’ eluf ta’ ewro, jekk mhux iktar minn miljun ewro.
Dettalji li tista’ żvelat il-gazzetta KullĦadd juru li fuq medda ta’ art fejn illum hemm siġar u ġmiel naturali, Toni Bezzina jrid tliet kmamar tas-sodda, tliet kmamar tal-banju,kamra tal-pranzu, kċina, living room, kamra għall-istudju, washroom, fireplace, store bit-toilet miegħu, kamra għall-inbid u saħansitra garaxx. Biex ikun moqdi bl-aqwa mod irid ukoll lift.
Iżda l-applikazzjoni ta’ Toni Bezzina, li ġibdet l-għajn u l-għadab ta’ persuni li jħobbu l-pajsaġġ Rabti, mhix biss waħda li togħkor l-għajn għax tinsab f’ODZ.
L-art li fuqha Toni Bezzina jrididaħħal il-gafef u l-inġenji biex jibni post lussuż hija wkoll skedata bħala Ż̇ona ta’ Sbuħija Naturali, skont politika tal-Awtorità tal-Ippjanar magħrufa bħala RCO1. Dan għax hija l-madwar tal-Imdina.
Fl-ist- ess kategorija hemm siti oħra bħall-Belt u sistemi fortifikati madwar il-pajjiż.
Nifhmu li Toni Bezzina se jkun qed jipprova jinħeba wara l-fatt li qed jgħid li jrid jirrestawra strutturi eżistenti, għax din il-kelma żerżaqha fl-applikazzjoni.
Iżda, l-verità l-uniċi żewġ kmamar żgħar li hemm fil-post huma mingħajr soqfa u bl-ebda mod ma jirriflettu l-iżvilupp lussuż li jrid jagħmel id-deputat Nazzjonalista.
Il-Perit Toni Bezzina huwa wieħed mill-awturi tar-rapport dwar l-ambjent tal-Partit Nazzjonalista. L-istess partit li -aħħar snin ikkritika kemm felaħ il-proġett edukattiv u b’investiment barrani tal-American University of Malta, proprju għaliex parti minnu tinsab f’żona ODZ.
Saħansitra dwar l-ODZ il-Partit Nazzjonalista tkellem fid-dokument dwar l-ambjent li ppubblika ftit tal-ġimgħat ilu u li fost l-awturi tiegħu hemm l-istess Toni Bezzina.
Lil Bezzina riedu Simon Busuttil għaliex hu kelliem tal-affarijiet rurali u għalhekk tah rwol ċentrali. L-oħrajn huma Marthese Portelli u Ryan Callus.
Minn paġna 44 ’il quddiem id-dokument jgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid jipproteġi l-ODZ. “Wasal iż-żmien li l-art ODZ tkun imħarsa. ‘ODZ is ODZ’ saret cliché. Wasal iż-żmien li ntuha sinifikat veru,” jgħid id-dokument bil- firma ta’ Bezzina.
Iżda, waqt li Bezzina kien qed jiffirma dan id-dokument kien diġà ffirma u ttimbra l-applikazzjoni 7854 tal-2016 li jekk kemm-il darba tkun approvata mill-Awtorità tal-Ippjanar tkun qed teqred u mhux tħares l-art ODZ.