Mara Maltija ta’ 41 sena nstabet mejta f’San Ġiljan għal ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar. Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-vittma soffriet feriti permezz ta’ arma li taqta’ u bil-ponta.
Minuti wara li kien irrapportat il-każ fuq il-post dehret bint il-vittma li bdiet tgħajjat “qatluli l-mummy.” Il-ġisem bla ħajja nstab fuq is-sodda f’residenza privata fi Triq P. George Badger San Ġiljan.
Hemm ukoll fuq il-post il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera li f’dan il-każ se tkun qed tmexxi l-inkjesta.