Tifla ta’ disa’ snin issofri ġrieħi gravi wara li waqa’ xi ġebel fuqha taħt il-Vecca, San Pawl il-Baħar. Waħda mit-tfal nħarġet minn taħt it-terrapien minn sħabha stess u ittellat fuq l-art minn persuni li kien hemm fl-inħawi.
F’dan l-inċident kienet involuta tifla oħra, li qed isofri ġrieħi ħfif.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.