Fi stqarrija tal-Gvern Malti kien ikkonfermat li l-mejta b’rabta mal-inċident tal-ajruplan Fairchild Metroliner Mark III huma ħames Franċiżi u ntqal li nstabu l-fdalijiet ta’ kollha kemm huma.
L-ajruplan huwa rreġistrat l-Istati Uniti u mikri lill-kumpanija fil-Lussemburgu. Jirriżulta li dan huwa parti minn operazzjoni Franċiża li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ħames xhur bil-għan li tinvestiga rotot ta’ traffikar illegali, primarjament traffikar tal-bnedmin u tad-droga.
It-titjira kienet irreġistrata mal-Malta Air Traffic Services bħala waħda lokali u kellha tkun lura Malta fi ftit sigħat mingħajr ma tinżel f’pajjiżi oħra. Kien innotat ukoll kif ma kien hemm ebda splużjoni qabel l-ajruplan waqa’.