Sewwieq ta’ mutur li għandu 25 sena u residenti n-Naxxar, tilef ħajtu wara li tilef il-kontroll u ħabat mal-crash barriers. Persuni li kienu fuq il-post tkellmu ma’ ONE.com.mt u spjegaw li nies li kienu fit-triq taw l-ewwel għajnuna lil dan ir-raġel li l-mutur tiegħu tkaxkar diversi metri.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 8.20 fi triq il-Kosta direzzjoni lejn Baħar iċ-Ċagħaq.
Is-sewwieq tal-mutur kien qed isuq mutur tat-tip Suzuki meta ghal xi raġuni tilef il-kontroll u kellu mpatt ma’ crash barrier. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C. Stafrace Zammit LLD. Li ħattret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. Il-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar għaddejjin fl-investigazzjoni.
Dan l-inċidenti fatali seħħ biss tmient ijiem wara sewwieq ta’ mutur ieħor, Barry Zammit, missier ta’ 35 sena, tilef ħajtu fit-toroq Maltin.