Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz għamel l-aħħar diskors tiegħu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew bħala President. Wara ħames snin fit-tmun ta’ din l-istituzzjoni eletta, Shulz issa se jimxi għal pass li jmiss tal-karriera tiegħu. X’aktarx l-isfida għall-iktar kariga importanti fil-Ġermanja; dik ta’ Kanċillier.
Lill-membri tal-Parlament Ewropew, Schulz qalilhom li kien l-għan tiegħu li jgħamel il-Parlament Ewropew iktar viżibbli u iktar influwenti. Qal li ħames snin wara, flimkien mal-membri l-oħra jista’ jgħid li rnexxew f’dan il-għan. Spikka wkoll il-messaġġ tiegħu favur id-demokrazija fl-Ewropa. Qal li d-demokrazija hija mhedda minn dawk li jridu jifirdu u nazzjonalisti estremi li reġgħu qed jikbru.
Dawn in-nies qed jheddu l-kisbiet li s-soċjeta kisbet f’dan il-kontinent. Se nuża s-saħħa kollha tiegħu biex niġġieled din il-mibegħda fil-ġejjieni. Irrispettivament mill-kariga li nkun qed nokkupa. Il-President Schulz kellu appell ċar għal min ġej warajh. Fakkar kif l-Ewropa tilgħab rwol importanti fid-dinja.
M’għandniex inwaqqfu l-isforzi biex ngħamlu l-Ewropa post aħjar. Għax dan ikollu impatt pożittiv fuq il-kumplament tad-dinja. Irridu nagħtu wkoll it-tama lil dawk li m’għandhomx.