Omm Samuel Farrugia, it-tifel li huwa nieqes mid-dawl u li seraq l-attenzjoni tal-bosta għall-kuraġġ tiegħu, esprimiet id-diżappunt tagħha għal fatt li ħarġa fi tmiem il-ġimgħa nbidlet f’ħolma kerha.
Dan hekk kif persuna li kienet mal-omm u t-tifel, li huwa ukoll nieqes mid-dawl, ma tħalliex jidħol f’numru ta’ restoranti għaliex miegħu kellu kelb gwida.
Tajjeb li wieħed ifakkar li dawn in-nies jużaw kelb bħala gwida biex ikunu jistgħu jagħmlu l-affarijiet ta’ kuljum u jiddependu ħafna fuq is-servizz ta’ dan il-kelb.
Filfatt, Mary Rose Farrugia esprimiet id-diżappunt tagħha quddiem dan kollu. Hija spjegat li pruvaw jidħlu f’numru ta’ restoranti, iżda t-tweġiba dejjem kienet “Le.”
Minkejja li l-omm flimkien mal-ħabib tagħhom, pruvaw jikkonvinċu lill-ħaddiema tar-restorant xorta waħda sabu bieb magħluq.
Hija spjegatilhom li l-kelb kien huwa ta’ neċċessità għal persuni neqsin mid-dawl u li kelb gwida huwa l-vista ta’ dawn il-persuni. L-0mm qalet li persuni nieqsa mid-dawl huma normali ukoll u ddeskrivit li dawn l-affarijiet huma inaċċettabbli.
Dan kien kliem l-omm fuq is-sit soċjali facebook: “This was utterly unacceptable. Blind people are normal people…..they have rights like me and you. Instead of empowering people, these things are undermining our society. It is a shameful attitude…. discrimination at its best….”
Ritratt: JJ Chircop