Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar storja dokumentata fil-Maltatoday hija inkwetanti ħafna. Aktar kmieni l-PN iddeskriva l-każ bħala “devjazzjoni” fi stqarrija lill-mezzi tax-xandir.
Dan stqarru l-Partit Laburista, li qal li mhux se jgħaġġel fi kwistjoni bħal din fejn hemm involuti istituzzjonijiet kostituzzjonali b’implikazzjonijiet serji.
“J’Alla ssir ġustizzja u jsiru magħrufa bis-serjetà l-fatti u għalfejn twaqqfu l-investigazzjonijiet fi żmien meta Beppe Fenech Adami kien responsabbli mill-Pulizija” qal il-Partit Laburista.
“Mill-banda l-oħra l-Partit Nazzjonalista jrid jassumi r-responsabiltajiet politiċi tiegħu u juri bil-fatti li tali aġir m’ għandu qatt jkun ittollerat. S’ issa l-Partit Nazzjonalista qiegħed jfalli totalment f’ dan it-test”.