L-għada li Toni Bezzina inqabad li ried jibni villa f’żona ODZ u qal li kulma ried jagħmel kien li jirrestawra xi bini dilapitat, ONE NEWS ippubblika l-pjanti mfassla minnu u li jikkonfermaw b’mod ċar dettalji żvelati mill-KullĦadd fil-ħarġa tal-Ħadd.
F’post protett taħt l-Imdina Toni Bezzina ried post lussuż bil-kumditajiet kollha u ma ta ebda kas li bħala wieħed mill-awturi tar-rapport tal-ambjent tal-Partit Nazzjonalista kien qal li “ODZ is ODZ.”
Il-pjanti ta’ kif inhi l-art issa u ta’ kif inhu propost li tinbena juru b’mod ċar li dak propost minn Bezzina kien se jżid sew il-medda art imbgħabsa mill-iżvilupp.