- KIEN GRUPP TA’ SEBGĦA
Żagħżugħ ta’ 24 sena residenti Birżebbuġa tilef ħajtu fuq il-post wara li tilef l-kontroll tal-quad bike li kien fuqu u kellu impatt ma’ karozza tal-linja li kienet qed tinstaq fid-direzzjoni opposta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:20 fi Vjal Millbrae fil-Mosta waqt li kien fi triqtu lejn Burmarrad. Bid-daqqa hu spiċċa fuq l-karreġjata opposta.
Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti l-Marsa.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti liż-żagħżugħ fejn sfortunatament hu kien ikkonfermat mejjet fuq il-post.
Mill-ewwel informazzjoni li għandna jidher li ż-żagħżugħ kien jagħmel minn grupp ta’ seba’ quad-bikes.
It-traffiku bħalissa miexi bilmod fejn t-traffiku lejn il-Mosta qed jgħaddi minn direzzjoni alternattiva.