F’nofs dik li tista’ tkun traġedja f’Marsaxlokk, Jason Azzopardi minflok staqsa jew inkwieta weġgħux in-nies beda jparla fil-vojt b’mod partiġġjan fuq is-social media.L-ewwel reazzjoni tiegħu għal tragedja bil-logħob tan-nar kien argument bażwi li mnalla ma kienx hemm it-tanker tal-gass. Tanker li se jkollu l-ogħla mizuri ta’ sigurta’ u li ma kien hemm ebda każijiet riċenti ta’ inċidenti fejn jintuża faċilita’ ta’ LNG.
Nies li kkummentaw ma’ one.com.mt, speċjalment nies minn Marsaxlokk li kienu maħsudin bl-aħbar qalu li Jason Azzopardi u l-PN moħħhom fil-logħob partiġġjan. “Dawn kummenti in bad taste u ma hemmx lokhom fil-politika. Hemm ħin għall-politika u hemm ħin għat-tħassib tan-nies”, qaltilna persuna minn Marsaxlokk.