Membri mill-Parlament Ewropew minn tlettax-il pajjiż qed jitolbu lil Malta biex tagħlaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, dak li fetaħ jumejn ilu, fuq għasafar li jkunu qed ipassu.
L-istess MEPs ukoll qed jitolbu f’petizzjoni indirizzata lill-Prim Ministru ta’ Malta u kif ukoll lis-Segretarju Parlamentari, Roderick Galdes, qed jtolbu biex titwaqqaf il-kaċċa illegali u kull tip ta’ użu ta’ nases li huma pprojbiti.
Tul dawn il-jumejn l-MEP Olandiża, Anja Hazekamp, kienet qed issegwi l-ftuħ tal-kaċċa u se tkun qed tippreżenta l-ittra tagħha lill-awtoritajiet Maltin.
[pdf-embedder url=”http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/03/Letter-against-spring-hunt.pdf” title=”Letter against spring hunt”]