It-tkabbir ekonomiku ta’ Malta se jibqa’ iktar qawwi mill-medja Ewropea u l-qgħad se jibqa fl-iktar livelli baxxi. Id-defiċit se jerġa’ jitjieb ukoll.
Dawn il-konklużjonijiet tat-Tbassir tax-Xitwa tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat dalgħodu li nnota kif 4% l-ekonomija reġgħet kellha tkabbir sostanzjali s-sena li għaddiet. Dan it-tkabbor huwa mbassar li jerġa’ jiġri din is-sena u s-sena d-dieħla bil-konsum privat jibqa’ wieħed b’saħħtu.
Il-Kummissjoni Ewropea qalet li kien rivedut it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta għall-2014 u l-2015. Dan laħaq il-livelli ta’ 7.9%. L-ogħla minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea.
Innotata wkoll it-tnedija tal-Bank Malti għall-Iżvilupp, bil-Kummissjono Ewropea tgħid li dan se jwassal għal iktar investiment dinamiku.