Sit barrani bl-isem ta’ Herald Sun irrapporta l-istorja ta’ raġel Malti dwar kif wara sentejn jitħarreġ dwar kif għandu jħarreġ klieb gwida, Luca Taliana, issa lest li jirritorna lura lejn Malta biex iwettaq dak li tgħallem dwaru.
Taliana tgħallem dwar kif għandu jħarreġ klieb gwida bis-saħħa ta’ Guide Dogs Victoria fl-Awstralja, grazz għal programm ikkordinat bejn il-grupp ta’ Victoria u l-Fondazzjoni Maltija għall-Klieb Gwida.
“Minn dejjem kont inħobb il-klieb, izda f’pajjizi ma kienx hem ħafna opportunitajiet biex insib impjieg li naħdem mal-klieb,” sostna Taliana mal-Herald Sun.
“Minn hemm ikkuntattjajt lill-Fondazzjoni Maltija għall-Klieb Gwida u għaddewni mal-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Klieb Gwida, għax kien hemm bżonn li jkolli xi tip ta’ kwalifiki sabiex naħdem f’dan is-settur. Wara, ġietni l-opportunità li mmur nistudja l-Awstralja.”
Hu qal kif bis-saħħa ta’ dawn il-kwalifiki li kiseb se jkollu l-opportunità li jħarreġ klieb li jkunu għadhom kif twieldu sakemm jilħqu l-età li jingħaqdu flimkien mas-sid il-ġdid tagħhom. Dawn il-klieb se jkunu qed iservu ta’ għajnuna ma’ persuni li jkollhom problema fil-vista.
Taliana żied jgħid li sa fejn jaf hu, hu l-unika persuna f’Malta li għandu dawn il-kwalifiki.
“Mhux se tkun faċli waħdi, iżda għamilt kuntatti ġodda u ħbieb fl-Awstralja u jekk qatt ikun hemm persuna oħra li jkollha l-interess li tikseb l-istess kwalifiki, żgur li se nsib l-għajnuna.”