Il-Kummissarju Ewropej għall-Kompetizzjoni Margrethe Vestager spjegat kif issa li l-Kummissjoni Ewropea approvat il-proġett tal-impjant tal-gass f’Delimara kollu kemm hu, ma jistax ikun hemm iktar mistoqsijiet u dubji dwaru.
Dan qalitu f’kumment li tat waqt żjara f’Dellimara fil-jum li fih daħlet l-ewwel konsenja tal-gass. Kumment li xxandar waqt konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha l-Ministru Konrad Mizzi ta r-reazzjoni tiegħu għall-istess deċiżjoni.
Vestager kompliet tgħid li l-proċess li minnu għadda dan il-proġett bil-għan li jirċievi l-istate aid kien wieħed dettaljat ħafna, hekk kif kien hemm ħafna mistoqsijiet biex il-Kummissjoni Ewropea tkun ċerta mija fil-mija.
L-eks Deputat Prim Ministru Daniża faħħret il-proġett, fejn qalet li ammirat l-inġinerija kollha nvoluta fih u kif ukoll l-ambizzjoni li kien hemm wara l-istess proġett.
Proġett li fi kliemha, huwa importanti ħafna għaċ-ċittadini Maltin.