Il-Ministeru tal-Interni u s-Sigurtà Nazzjonli, fi stqarrija, sostna kif disgħa immigranti li nstab li huma mill-Mali, minn 24 li kienu detenuti skont l-Att tal-Immigrazzjoni, baqgħu miżmuma detenuti hekk kif l-isforzi biex jiġu deportati għadhom għaddejjin.
Hekk kif fl-aħħar jiem intemm il-proċess ta’ identifikazzjoni li sar mill-Gvern tal-Mali, 15-il immigrant minn 24 ġew meħlusa. Erbatax-il immigrant li kienu detenuti ma ġewx identifikati bħala persuni li ġejjin mill-Mali u għalekk huma nħelsu. Wieħed mill-immigranti detenuti li ġew meħlusa inħeles wara Ordni tal-Qorti fejn din mistennija tkun appellata mill-Pulizija.
Għaxar immigrant detenuti ġew identifikati li huma persuni ta’ nazzjonalità Malian fejn disgħa minnhom għadhom qed jinżammu detenuti.