Il-White House ħabbret sanzjonijiet fil-konfront tar-Russja. Dan b’allegat interferenza Russa fl-elezzjoni presidenzjali tal-Pajjiż.
Is-sanzjonijiet jinkludu t-tkeċċija mill-pajjiż ta’ 35 ta’ diplomatiċi u disa’ entitajiet Russi. Il-President Barack Obama qal li ħamsa u tletin Diplomatiku russu ġew ordnati jitilqu mill-pajjiż u sostna li l-interferenza tagħhom fi proċess delikat hija inaċċettabbli u intollerabli.
L-attivitajiet ta’ cyber li wettqet ir-Russja kienu mmirati li jkisru l-prinċipji ta’ demokrazija fl-Istati UNITI u li jnaqqsu l-fiduċja f’istituzzjonijiet importanti u l-gvern amerikan. L-individwi ingħataw tnejn u sebgħin siegħa ċans biex jitilqu mill-pajjiż.
Dwar dan ikkumenta l-President elett Donald Trump li qal li kulħadd għandi jibqa’ għaddej b’ħajtu. Paul Ryan, l-ispeaker tal-kamra u jirrapreżentalir-Republikani qal li l-mossa hija turija ċara li l-politika mar-Russja li ilha għal dawn l-aħħar tminn snin falliet.