AĠĠORNATA
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma li t-titjiriet jistgħu jerġgħu jaslu u jitilqu Malta, għalkemm l-operazzjonijiet se jsiru b’rata inqas veloċi mis-soltu.
Malta International Airport can confirm that the aerodrome has been reopened, albeit on operational slowdown, to allow flights to land and take off.
AKTAR KMIENI
Huma diversi dawk li bħalissa jixtiequ jitilqu jew inkella jaslu hawn Malta.
Fosthom it-tim nazzjonali tar-Rugby, li minn Andorra kellu jaqbad titjijra ta’ konnessjoni lejn Barċellona u jasal Malta fid-09:26.
Madanakollu dawn jinsasbu maqbuda Palermo.
Hija l-istorja ta’ dawk kollha li jixtiequ jgħaddu minn jew jaslu Malta dalgħodu, kif tixhed din l-informazzjoni li tidher bħalissa fuq is-sit tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-Airmalta ħabbret ukoll li dawk il-passiġġieri affetwati, jistgħu jerġgħu jibbukjaw l-istess titjira bla ħlas sal-24 ta’ Novembru jew inkellha jingħataw il-flus lura.
KM offers affected passengers of delayed flights FREE rebooking of same flight for travel till 24 NOV or full refund https://t.co/4aZslcEzir pic.twitter.com/FEl046VdRa
— Air Malta (@AirMalta) October 24, 2016