Johan Tommy Noren ta’ 29 sena mill-Iżvezja nżamm arrestat wara li kien akkużat li kisser flixkun fuq ras it-tfajla tiegħu.
Il-każ seħħ fit-18 ta’ Mejju li għadda meta l-akkużat allegatament beda jhedded lit-tfajla tiegħu u eventwalment kisser flixkun tal-ħġieġ f’rasha.
Huwa ġie akkużat ukoll li uża l-vjolenza biex iżomm lill-vittma.
L-akkużat ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti tordna ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.