Minn tal-inqas sitta u tletin persuna nqatlu fi splużjoni fl-ajruport ta’ Istanbul, it-Turkija.
Dawn l-imwiet kienu kkonfermati mill-Ministru tal-Ġustizzja u ntqal li dan ġara wara bomba suwiċida u a sparatura. Kawża ta’ dan mija u erbgħin persuna oħra sfaw feruti.
Uffiċjali qegħdin jgħidu li kienu tlieta l-persuni li fetħu n-nar qrib entratura fit-terminal tal-ajruport u li dawn splodew lilhom infushom wara li l-pulizija fetħu n-nar fuqhom.
Il-Prim Ministru Tork qal li l-ewwel sinjali jindikaw li l-Istat Islamiku kien il-moħħ wara dan l-attakk. Jidher li l-isplussiv ħa qabel marru biex taparsi jgħaddu mill-magna tal-X Ray. One News jista’ jikkonferma li ma kien hemm ebda Malti.