Numru ta’ nisa u irġiel jinsabu l-Belt Valletta bl-għan li jwasslu l-messaġġ tagħhom li huwa dritt tan-nisa li jiddeċiedu huma meta huma lesti li jkollhom it-tfal.
Il-protesta ‘Emerġenza għal Raġuni’, organizzata minn Gender Equality Malta (GEM) se tkun qed timxi minn quddiem il-Parlament sal-pjazza San Ġorġ u lura.
Huma stqarru li ma tagħmilx sens li kontraċettiva tal-emerġenza tingħata b’preskrizzjoni minħabba r-restrizzjoni li mara, f’każ ta’ emerġenza, titlef il-ħin biex iġġib il-preskrizzjoni tat-tabib.
Dan b’reazzjoni għad-deċiżjoni li l-Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja, kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.