Life Network Foundation Malta irreaġixxiet għad-deċiżjoni tal-Kumitat Kongunt li dan l-aħħar kellu sensiela ta’ laqgħat ma’ esperti mediċi u mas-soċjeta’ ċivili biex issir diskussjoni u studju dwar il- morning after pill .
Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib. Għad-diżappunt qawwi ta’ bosta għadiet favur id-drittijiet tan-nisa, l-Awtorità tal-Mediċini ddeċidiet li l-morning-after pill qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
Fi stqarrija l-Fondazzjoni qalet li skond l-Att dwar il-Mediċini, hija l-funzjoni ta’ L-Awtorità dwar il-Liċenzjar (taħt is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika) li tawtorizza liċenzji għall-prodotti mediċinali biex jidħlu fis-suq Malti.
Sakemm din il-funzzjoni ma tigix iddelegata, sostniet il-Fondazzjoni, l-uniku rwol ta’ l-Awtorità dwar il-Medicini hu biss li tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Awtorita’ dwar il-Liċenzjar fuq dawn l-liċenzji.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, jew Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni fil-każ li dawn il-poteri jiġu delegati lilu mill-Awtorità dwar il-Liċenzjar, hu responsabbli biex jiżgura li l-liċenzja ta’ prodotti mediċinali maħsuba għas-suq Malti huma konformi mal-leġizzlazzjoni Maltija.
Life Network Foundation Malta sostniet li “konsegwentement, ladarba l-abort hu illegali f’Malta, jekk toħrog liċenzja għall-MAP meta hemm evidenza xjentifika ċara li turi li l-MAP għandha elementi li jikkawżaw abort, l-Awtorità li toħroġ din il-licenzja – f’dan il-każ is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika – jista’ jkun ħati li kkommetta rejat”.