Kamp Emerġenza Ambjent dalgħodu reġgħu fetħu l-aċċes għal Manoel Island, dan wara li l-ġimgħa li għaddiet l-attivisti favur l-Ambjent kienu qalu li se jagħmlu dan kemm il-darba l-kumpanija MIDI plc tibqa tagħlaq l-aċċess għall-pubbliku. Fi stqarrija huma ħabbru li aktar tard dalgħodu se jkunu qed jagħmlu protesta.
Fi kliem l-attivisti, l-kumpanija MIDI qed tibqa tagħlaq l-aċċess u m’għandha l-ebda intenzjoni li terġa’ tiftħu għall-pubbliku u saħansitra stqarret li se tkun qed tagħlaq l-aċċess billi iżżid aktar fencing.
Fil-kummenti tiegħu l-attivist Andre Callus fisser kif dak li qed tagħmel l-MIDI huwa llegali. Huwa stqarr li diġa saru passi pożittivi bis-saħħa tal-Gvern u l-Awtorita’ tal-Ippjanar, iżda xorta waħda jeħtieġ li ssir aktar pressjoni biex dan l-aċċess jibqa miftuħ għall-pubbliku.