Il-prezzijiet tad-diesel u tal-pitrolju reġgħu raħsu din id-darba b’żewġ ċenteżmi kull wieħed, għalhekk il-prezz tad-diesel għada se jkun ta’ €1.14 u tal-pitrolju €1.14. Din hija l-ħdax-il roħs fil-prezzijiet tal-fjuwil fi tlett snin ta’ Gvern Laburista.
Il-kumpanija ENEMED ħabbret li minn għada l-prezz tal-unleaded u l-fuel e-power se jorħsu b’ċenteżmu kull wieħed biex il-prezz ikun ta’ : Unleaded €1.27 u E-power €1.42. Il-prezz tal-gasoil baqa l-istess jiġifieri €1.
Dawn il-prezzijiet se jibqgħu stabbli sal-aħħar ta’ Diċembru.