Il-Fond Monetarju Internazzjonali ppubblika analiżi li għamel dwar Malta u wara t-Tbassir tax-Xitwa tal-Kummissjoni Ewropea u Fitch, l-IMF ukoll ħareġ b’analiżi mill-iktar tajba tas-sitwazzjoni f’pajjiżna.
L-esperti tal-IMF qalu li Malta hija waħda mill-iktar ekonomiji li qed jikbru fl-Ewropa u nnotaw il-ħolqien ta’ impjiegi. Xi ħaġa li mistennija tkompli grazzi għar-riformi strutturali li qed isiru f’pajjiżna.
Riformu strutturali li waslu wkoll għal iktar dixxiplina fiskali biex naqsu d-defiċit u d-dejn. Il-ħarsa għall-ġejjieni hija b’saħħitha, kompla jkun irrapportat dwar pajjiżna. L-esperti tal-IMF ifaħħru l-politika tal-gvern u jgħidu li l-miri li hemm se jintlaħqu b’mod komdu. F’diversi partijiet tar-rapporti estensivi l-esperti jfaħħru l-gvern għall-politika li jħaddan u l-miżuri li ħa.