Il-Whip tal-Gvern, Godfrey Farrugia għamel sejħa lill-Awtorità tal-Mediċini biex tirrevedi l-linji gwida li bi ħsiebha tibgħat lill-professjoni medika dwar il-bejgħ u l-amministrazzjoni tal-morning after pill.
Meta kien qed jitkellem fl-aġġornament, Dr Farrugia ikkwota studju xjentifiku li were li l-pillola Ella One tista’ ma tħallix l-impjantazzjoni ta’ embrijun jew saħansitra toqtlu bil-ġuħ. L-istudju jagħmila ċara li Ella One hija pillola abortiva.
Dr Farrugia qal li f’Malta l-abort huwa illegali f’Malta u m’għandux ikun hemm logħob bil-kliem. L-abbozz ta’ linjigwida li għandhom jiġu ppubblikati mill-Awtorità tal-Mediċini, juru li din “tilfet triqitha”, li “tinsa x’tgħid il-liġi Maltija li l-Awtorità hi suġġetta għaliha”.
Saħaq li t-trabi fil-ġuf huma l-iktar vulnerabbli u bla leħen daqs, jekk mhux aktar, mill-klieb u l-qtates, u fisser li persuna ma tistax tkun ambjentalista u mbgħad tkun kontra l-ħajja
Huwa staqsa x’se jiġri meta l-morning after pill tkun meħtieġa bil-lejl meta l-ispiżeriji jkunu magħluqin u wissa li jista’ jkun li din tibda tinxtara bħala prekawzjoni.
Huwa qal li l-pressjoni tal-ħajja moderna qed iwasslu biex is-soċjetàMaltija qed titlef il-kodiċi morali li dejjem għożżejna u l-kondotta morali li dejjem iddistingwietna minn popli oħra.