L-Awtorità Maltija tal-Mediċini irċiviet applikazzjoni mingħand importatur biex tibda timporta lejn pajjiżna ditta ta’ morning after pill.
Fid-dawl li bħalissa l-Parlament qed jiddiskuti dawn il-mediċini, tkellimna mal-Professur Anthony Scerracino Inglott, ic-Chairperson tal-Awtorità, dwar il-pożizzjoni li se tittieħed, ċioe jekk hux se titħalla tkun reġistrata, biex eventwalment tidħol fis-suq.
Il-Professur Scerracino Inglott stqarr magħna li l-importatur ingħata l-parir li jkun prudenti u jistenna li l-Parlament u l-kumitati tagħha jieħu deċiżjoni dwar il-pożizzjoni tal-Istat. Għalhekk, sakemm tittieħed deċiżjoni fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, kollox huwa inċert. Il-Professur reġa’ tenna li ma kienx hemm lok għal diskussjoni fil-parlament u li ma jarax il-bżonn għal-liġi kontra l-morning after pill għaliex is-sigurta u l-kwalità tal-pilloli huma xjentifikament ppruvati.
Kemm-il darba dan jiġri, Serracino Inglott stqarr li l-Awtorità għandha l-provi kollha biex quddiem il-qorti tippreżenta l-istudji li jxejjnu allegazzjonijiet li l-morning after pill għandha l-effetti ta’ abort.
https://www.youtube.com/watch?v=E3_IfMcxZqM