Matul dan il-lejl, għal ħabta ta’ nofs siegħa ta’ filgħodu miet Lino Bugeja , ambjentalist li kien il-President onorarju tal-assoċjazzjoni Ramblers.
Bugeja kellu 86 sena u kien missier ta’ zewġ itfal. Huwa kien ukoll għalliem. Bugeja kien ilu għal dawn l-aħħar xhur l-isptar u sar intervent mediku fuqu nhar is-Sibt.
Għal żmien twil, Lino Bugeja mexxa r-Ramblers waħdu; assoċjazzjoi li kienet immirata biex tipproteġi l-kampanja. Kien propju fi Frar tal-2005 li tnediet din l-assoċjazzjoni.
Fi ħdan Ramblers Malta, dan l-aħħar Bugeja kellu l-kariga ta’ President Onorarju. Bugeja, li huwa wkoll riċerkatur mill-Birgu, kellu l-opportunita li jdawwar lill-Prinċep William fil-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz f’belt twelidu, waqt li l-Prinċep żar Malta fl-okkażjoni tal-ħamsin anniversarju mill-Indipendenza.