Fl-Imsida persuna spiċċat mejta u oħra ttieħdet l-isptar. Dawn it-tnejn mill-Mali.
One News jinsab fuq il-post fejn l-ewwel indikazzjonijiet huma li kien hemm leakage ta’ gass f’residenza lifiha jgħixu nies barranin. Persuna li tkellmet magħna u li kienet fir-residenza qalet li persuna oħra qajmitha u qatilha toħroġ ‘l barra. F’daqqa waħda, sema’ ambulanza u intebaħ x’ġara.
Persuni viċin il post qalu li fir-residenza kienet tgħix mara u tifla, iżda ma kinux hemm fil-ħin tal-inċident. Aktarx li l-gass ġie minn BBQ li tqabbad tul il-lejl u baqa’ mixgħul.