Il-Ħamis, dik li kellha tkun avventura bil-quad bikes għall-missier żagħżugħ Reuben Azzopardi nbidlet fi traġedja li ma ħallitux jara d-dawl ta’ sena ġdida.
Deskritt bħala raġel eżemplari u tal-familja, kienu l-mijiet li kkummentaw fuq il-profil tal-vittma biex jagħtu l-aħħar tislima lir-Reuben. Warajh ħalla familja u ħbieb, fosthom bintu ta’ tliet snin. Reuben kellu 34 sena u tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq irdum fl-inħawi magħrufa bħala Ġolf tat-Tafal, ix-Xagħra.
Il-missier kien magħruf għal kick-boxing hekk kif kien jieħu sehem f’kompetizzjonijiet internazzjonali, jispikka l-messaġġ tal-kowċ tiegħu, Noel Mercieca li qatta’ ħafna ħin ma’ Reuben.
Jispikkaw il-kummenti ta’ dieqa u li fl-istess ħin ifittxu li jagħtu wens lill-mart Reuben, hekk kif poġġiet ritratt ta’ Reuben flimkien maċ-ċkejkna fuq il-profil tagħha.
Kumment ieħor li jqanqal emozzjoni kien tal-kowċ tiegħu Noel Mercieca, li qatta’ snin ma’ Reuben.
“Brother, ħabib u student mill-aqwa għal ħafna snin . Qas niflaħ nikteb biex nselimlek u ngħidlek li ħa tibqa’ f’qalbi u f’ħajti kollha. Wieħed mill-aqwa fighters li kellna f pajjiżna u ippreżenta lil Malta u klabb għal diversi snin. Daħq u ċajt li konna nadu, il-pajjiżi li dorna flimkien u il-qalb tajba li kellek u tieħu ħsieb l-artikli tal-klabb. Nħobbok Reuben, kif dejjem ħabbejtek. Raġel eżemplari u tal-familja. Nselimlek ħabib R.I.P.”
L-inċident seħħ waqt li grupp ta’ ħbieb kienu qed isuqu quad bikes, għal xi raġuni wieħed minnhom, raġel ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun waqa’ għal isfel minn fuq l-irdum u ġie fuq il-blat.
Lir-Reuben illum, se jagħtuh l-aħħar tislima fil-knisja taż-Żejtun fit-15.30pm.