Il-Prim Minsitru għadu kemm qal li se jaħtar inkjesta biex tinvestiga l-istorja li ħarġet dalgħodu b’rabta ma’ Beppe Fenech Adami.
“Investigaturi Olandiżi kienu talbu xi informazzjoni mill-istuzzjonijiet Maltin, u din ma waslitx. Rawha l-ġurnalisti, talbuha investigaturi mill-Olanda, u din ma waslitx għandhom. Dawn tal-aħħar jgħidu li kieku kellhom biex jieħdu passi. Każ li jinvolvi l-miljuni, u li hemm konnessjoni ta’ droga fiha. Kumpanija li kienet qed tintalab biex tiġi investigata, fiha wieħed mid-diretturi Beppe Fenech Adami. Minix se noqod nitkellem politikament” sostna Muscat. ‘L-ewwel dmir tiegħi huwa ta’ Prim Ministru.”
Il-Prim Ministru qal “dan li sar magħruf illum aktar tard se nkun qed nikkonsulta biex naħtar inkjesta skont il-poteri li tagħtini l-liġi. Se navviċina eks ġudikanti, sa nagħtuhom mandat, biex jinvestigaw dak li ġara, biex inkunu ċerti li l-affarijiet imxew kif suppost. Fejn ma mxewx kif suppost, jgħidulna għaliex u kif.”