Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-Kanċillier tal-Ġermanja, Angela Merkel f’Dublin f’dik li hija t-tielet laqgħa minn sebgħa b’rabta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Din il-laqgħa tfisser li l-Prim Ministru mar fi tnejn mill-iktar bliet kapitali influwenti fl-Ewropa u żewġ pajjiżi li s-sena d-dieħla se jkunu qed jaffaċċjaw elezzjoni li mhux biss se timpatta l-pajjiż partikolari iżda anke l-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea. Hekk kif matul il-jum tat-Tnejn il-Prim Ministru kien f’Pariġi fejn ltaqa’ mal-President Franċiż Francoise Hollande.
Fuq twitter il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li fil-laqgħa mal-Kanċillier tal-Ġermanja ġie diskuss il-bżonn ta’ ftehim fejn tidħol l-imigrazzjoni għaċ-ċentru tal-Mediterran.
Il-Prim Ministru ltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Irlanda Enda Kenny fejn ġew diskussi il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-impatt qawwi ta’ din id-deċiżjoni fuq l-Irlanda kif ukoll l-immigrazzjoni u l-governanza ekonomika u finanzjarja fil-kuntest tas-suq waħdieni.
Spoke wt #Germany Chancellor Angela #Merkel on need for #EU tohave #Turkey like #migration agreements for central #Mediterranean -JM #Malta
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) November 29, 2016