Il-Ministru Helena Dalli ma taqbilx li f’każ ta’ emerġenza, l-morning-after pill għandha tingħata bil-preskrizzjoni tat-tabib.
Dan b’reazzjoni, wara li l-Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja, li kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib. Għad-diżappunt qawwi ta’ bosta għadiet favur id-drittijiet tan-nisa, l-Awtorità tal-Mediċini ddeċidiet li l-morning-after pill qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
Il-Konfederazzjoni Maltija tal-organizzazzjonijiet dwar drittijiet tan nisa esprimiet ukoll id-diżappunt tagħha għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Awtoritá tal-Mediċini, li l-morning-after pill qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
Min-naħa l-oħra, Life Network Foundation Malta, spjegaw li jista’ jkun reat li toħroġ liċenzja għall-morning-after pill. Il-Fondazzjoni sostniet li “konsegwentement, ladarba l-abort hu illegali f’Malta, jekk toħrog liċenzja għall-MAP meta hemm evidenza xjentifika ċara li turi li l-MAP għandha elementi li jikkawżaw abort, l-Awtorità li toħroġ din il-licenzja – f’dan il-każ is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika – jista’ jkun ħati li kkommetta rejat”.