Il-Gvern se jkun qed iniedi konsultazzjoni dwar jekk żgħażagħ ta’ sittax -il sena għandhomx jivvotaw f’elezzjoni ġenerali ukoll.
Li ż-żgħażagħ għandhom jivvotaw minn din l-età fl-adoloxxenza kienet wiegħda ta’ Joseph Muscat meta kien Kap tal-Oppożizzjoni. Imbagħad daħlet fis-seħħ wara l-bidla fil-gvern u bdiet mill-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Ftit wara dan l-esperiment li rnexxa Joseph Muscat qal li jikkunsidra li din is-sistema tkun fl-elezzjoni ġenerali wkoll.
Illejla kelliem għall-gvern kien ikkwotat jgħid minn tvm.com.mt li l-gvern se jħabbar din il-mizura mill-baġit li jmiss biex tkun għal konsultazzjoni.
Fost okkażjonijiet oħra kien fi 8 ta’ April tas-sena li għaddiet li quddiem folla ta’ żgħażagħ Joseph Muscat qal li l-vot għal dawk ta’ 16-il sena fl-elezzjonijiet lokali kien biss l-ewwel pass.