Tal-ganga mhux gangnam style. Apparti li bejn ganga u gangnam kull m’hemm differenza emme (m), emme għal mertu, emme għal meritokrazija u emme għal sentenza li tibda b’din l-ittra li Busuttil jużaha ħafna drabi għal dawk l-erbgħa ta’ ħdejh, “m’għamel xejn ħazin”, u enne (n) forsi għal nepotiżmu, id-differenza hija li wieħed hemm fiha PSY, li l-video tiegħu rawh aktar minn 2 biljun ruħ u n-naħa l-oħra hemm tal-Ganga, l-aħwa Said, Peter Paul Said, hu Chris Said, li ħa 139 biċċa xogħol waqt li xi ħadd minn żewġ ħutu (Charles Said u Edward Said) oħra kienu qed jokkupukaw il-kariga ta’ Sindku fin-Nadur.
Għax jekk il-gangam style għal PSY hija żifna partikolari, il-Ganga stylegħal tal-Ganga fin-Nadur hija li waqt li ħuk ikun Sindku, tieħu biċċa xogħol mingħandu, u jekk mhux waħda, forsi tnejn, tlieta u forsi 139. Imma ma ġara xejn b’daqshekk.
Wieħed jaqbeż u jimolla ‘l hemm u ‘l hawn u l-oħrajn jiffirmaw iċ-ċekkijiet lil tal-familja. Kieku dawn iċ-ċekkijiet kienu tagħhom u kienu xi rigal fiż-żmien il-Milied fiha u ma fihiex, imma l-problema hija li dawn huma flus il-Kunsill Lokali.
Hija wkoll normali li fil-Ganga style, flok ikun hemm perit li jiċċertifika x-xogħolijiet, ikun is-Sindku stess li jiċċertifika x-xogħol ta’ ħuh stess.
Eżempju tajjeb ta’ ganga styleata oħra li lbieraħ il-ġurnal il-KullĦadd, permezz ta’ storja ta’ Janice Bartolo żvela, kienet dwar tender fejn Peter Paul Said, ħu Chris Said (dak iż-żmien resoponsabbli mill-Kunsilli Lokali – li fuqu għadu kemm ħareġ rapport l-Awditur u llum wieħed mill-abbatini ta’ Simon Busuttil) u ħu s-Sindku ta’ dak iż-żmien Charles Said, ingħata tender b’total ta’ €42,113, li minnhom €22,194 biss kienu għall-kiri ta’ apparat; l-iskop li għalih ħareġ it-tender. Apparti li kien qed inizzel li saru numru ta’ sigħat li ma setgħux jiġu spjegati, Peter Paul Said tħallas minn ħuħ fuq affarijiet li ma kinux jaqgħu taħt it-tender,bħal manutenzjoni fl-ammon ta’ €16,258, ix-xogħol tal-ħaddiema €1,578 u trasport u ggaraxxjar tal-apparat; €2,082.
Il-Ganga styles jkomplu wkoll permezz tad-direct orders li ngħataw bejn 2012 u 2014, li jeċċedu l-ammont stipulat bil-liġi u li kienu mitluba li jiġu investigati mid-Dipartiment.
Ir-rapport tal-Awditur jitkellem dwar indħil dirett minn Chris Said waqt li kien responsabbli mill-Kunsilli Lokali u f’dak li għandu x’jaqsam mal-allokazzjoni ta’ fondi. L-iskuża ta’ Said għal dan kollu jidher li ried iħaffef il-proċessi. Jidher ċar mill-Kunsill Lokali tan-Nadur. Ir-rapport tal-Awditur saħanistra jsemmi każ fejn saret pressjoni mill-OPM f’dak iż-żmien biex tiżdied l-allokazzjoni għal karnival tan-Nadur.
Liema Karnival? Dak li jsir fi Frar? Jew bil-karnivalità ta’ governanza tajba tal-Ganga Style?
Dwar dawn il-ganga styles tal-aħwa Said, suppost il-Busuttil styles, skont kif jitkellem, jirrikjedu li lanqas idum żewġ minuta ħdejh u jtajru mill-ewwel, kif għamel bil-ġarra tal-Ganga, Giovanna. Imma Busuttil lanqas fl-istyles tiegħu ma jemmen u qed jgħin lil sieħbu kull kif jista’ (pun intenzjonata).