F’mument ħażin ħafna għal Simon Busuttill, li fl-aħħar ġimgħat kien ikkritikat fid-deher għal mod kif qed imexxi l-Partit Nazzjonalista, l-istrateġisti tal-partit qed jagħmlu sforz biex jerġħu jqajjmu kwisjonijiet li kienu mietu.
Fosthom il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment, li huwa l-uniku wieħed fl-Unjoni Ewropea approvat fl-Unjoni Ewropea.
Dan qed jagħmluh billi jrewħu u jinstigaw dikjarazzjonijiet ta’ Membri tal-Parlament Ewropew.
Iżda, ma damx wisq qabel ma’ l-kwistjoni daret fuq l-istess Partit Nazzjonalista biex Simon Busuttil reġa’ spiċċa kkritikat internament għal darb ‘ħra. Dan għax Politico, il-ġurnal li jirrapporta l-attwalità politika irrapporta kif membri tal-Oppożizzjoni qed igawdu mill-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment.
“Numru ta’ deputati tal-Oppożizzjoni għandhom rabtiet ma’ kumpaniji li jgawdu mill-iskema,” jirrapporta Politico li jżid jgħid li dan minkejja li l-parti tagħhom qed jopponiha.
Jintqal kif id-deputat Francis Zammit Dimech huwa sieħeb fid-ditta legali li rrappreżentat lil Arton Capital, il-kumpanija li riedet tidħol minflok Henley & Partners biex tmexxi l-iskema. Therese Comodini Cachia, li daħlet il-protest f’isem l-istess kumpanija u li hi MEP għandha r-raġel Vladimir Comodini li hu f’kumpanija li hi aġent tal-iskema. Filwaqt li Ann Fenech, President tal-Partit Nazzjonalista, hija sieħeb fid-ditta legali Fenech & Fenech.