“Ħadd ma jista jieħu deċiżjoni f’ismi, int trid tkun li jkollok ir-raġunijiet tiegħek biex tasal toqtol innifsek.” Dikjarazzjoni iebsa minn fomm Joe Magro, persuna li qed tbati bl-ALS Syndrome, kundizzjoni li twassal għal paraliżi u eventwalment il-mewt.
Joe Magro qal dan waqt li kien qed jitkellem fil-Kumtiat għall-Affarjiet tal-Familja, bis-suġġett diskuss ikun dak tal-ewtanasja, diskussjoni mqanqla fejn membri miż-żewġ naħat tal-Kamra staqsew lir-raġel kif wasal għal din il-konklużjoni.
“Kull min ma jixtieqx jagħmilha ma jagħmilhiex, imma min ma jridx jgħix dis-sitwazzjoni għandu dritt jiddeċiedi f’ismu, soluzzjoni waħda hemm inkella suwiċidju jekk mhux ewtanasja.”
Min-naħa tiegħu l-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia qal li din il-laqgħa tal-Kumtiat tal-Familja biex minn hemm hekk tkompli d-diskussjoni fil kumitat konġunt tal-familja biex imbagħad issir konsutlazzjoni wiesgħa m’entitajiet u NGOs.
Matul din il-laqgħa spikka l-intervent tal-mara ta’ Joe Magri li stqarret li tippreferi tkun taf meta se jmut ir-raġel tagħha milli jmut b’suwiċidju ħabta u sabta.