Il-Kap tal-Oppozizzjoni żied l-attakk fuq id-db Group, anke għax wara li dalgħodu qal li se jkun kontra l-investiment tagħhom, talbu laqgħa miegħu.
Simon Busuttil qed jattakka l-kuntratt li nnegozja l-Viċi Kap tiegħu u għalhekk il-kobba tħabblet sew.
Iżda fid-dagħdigħa li jattakka kull proġett mgħejjun mill-Gvern, Busuttil ma jridx jaf. Ir-risposta tiegħu għal laqgħa kienet li jmur fuq in-NET u jattakka b’mod iktar aħrax.
Semma għall ewwel darba flus li l-PN irċieva minn dan il-grupp, li għax ħadem mal-Gvern, ma baqax fil-kotba t-tajba ta’ Busuttil.
Filwaqt li Busuttil qed jeħodha qatta bla ħabel kontra db, dawn aċċettaw mingħajr problemi li l-kuntratt iffirmat mal-Gvern ta’ Malta fuq l-art tal-ITS fil-bajja ta’ San Ġorġ ikun skrutinizzatat mill-Awditur Ġenerali.