- L-inċident seħħ fis-07.20
- Ajruplan tal-militar tal-Lussemburgu waqa’ fil-mument ta’ tluq minn pajjiżna
- Ħames Franċiżi jitilfu ħajjithom
- It-titjiriet qed jiġu lura għan-normal
- L-ajruplan kellu problemi fit-tluq
- Mhux l-ewwel darba li telaq minn pajjiżna
- Dan huwa wieħed mill-agħar inċidenti li jinvolvu ajruplan f’pajjiżna
Fis-07.20, ajruplan militari tal-Lussemburgu tat-tip Fairchild Metroliner, li telaq minn Malta waqa’ ftit tal-ħin wara għaliex kellu problemi fit-tluq.
Fi stqarrija tal-Gvern Malti kien ikkonfermat li l-mejta b’rabta mal-inċident tal-ajruplan Fairchild Metroliner Mark III huma ħames Franċiżi u ntqal li nstabu l-fdalijiet ta’ kollha kemm huma.
Il-midja Franċiża, France 24, qed tgħid li tlieta mill-vittmi kienu qed jaħdmu f’isem il-Ministeru tad-difiża Franċiża filwaqt li żewġ persuni oħra kienu ħaddiema ta’ kuntrattur privat.
L-ajruplan huwa rreġistrat l-Istati Uniti u mikri lill-kumpanija fil-Lussemburgu. Jirriżulta li dan huwa parti minn operazzjoni Franċiża li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ħames xhur bil-għan li tinvestiga rotot ta’ traffikar illegali, primarjament traffikar tal-bnedmin u tad-droga. It-titjira kienet irreġistrata mal-Malta Air Traffic Services bħala waħda lokali u kellha tkun lura Malta fi ftit sigħat mingħajr ma tinżel f’pajjiżi oħra.
Dan l-ajruplan mhux l-ewwel darba li telaq minn pajjiżna.
L-ajruplan kellu jitlaq minn Malta fis-07:00
Official information, footage+eyewitnesses inc 3soldiers at Safi barracks, 2 commercial airline pilots point at no explosion prior to impact
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) October 24, 2016
Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà Federica Mogherini qalet li dan l-ajruplan ma kellhu x’jaqsam xejn mal-missjonijiet tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li kien hemm rapporti li kien qed jintuża mill-Franċiżi.
No #EU officials involved in plane crash in #Malta. The flight was not related to any of the EU activities
— Federica Mogherini (@FedericaMog) October 24, 2016
The plane that crashed in Malta was not deployed by Frontex. — Frontex (@Frontex) October 24, 2016
Ritratt: Tonio Magri