Ix-xufiera tat-taxis il-bojod żammew l-appuntament annwali tagħhom biex għat-tielet sena konsekuttiva, ferrħu lill-għexieren ta’ tfal minn djar residenzjali tat-tfal mifruxa madwar Malta u Għawdex.
Aktar minn 40 soru u carer assistew lill-130 tifel u tifla li qattgħu l-ġurnata jagħmlu attivitajiet diversi grazzi għall-inizjattiva tal-istess xufiera.
Bdew il-ġurnata b’kollazzjoni bnin fil-Park&Ride f’Pembroke fejn imbagħad wara quddiesa, marru c-cirku.
Wara li jieklu f’MonteKristo se jieħdu sehem f’attivitajiet fil-Verdala u dan se jkun qed isegwi festin.
Aktar tard filgħaxija se jiltaqgħu mal-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u jingħataw rigal kull wieħed – ġugarelli li jvarjaw skontd l-etajiet.
Din l-attività hija possibbli grazzi għall-impenn tal-għexieren ta’ xufiera li jkunu ilhom jaħdmu biex jiġbru l-flus, u għal numru ta’ sponsors.